L-Assoċjazzjoni għas-Saħħa Mentali talbet għal inkjesta indipendenti u trasparenti dwar kif seħħ l-inċident tal-pazjent li ħarab minn Monte Carmeli, u dwar min għandu jerfa’ r-responsabbiltà.
Il-Mental Health Association Malta esprimiet tħassib u diżappunt serju wara li pazjent li kien qed jieħu l-kura fl-Isptar Monte Carmeli irnexxielu jaħrab mill-faċilità mingħajr sorveljanza ta’ xejn, b’riżultat li issa instab f’qagħda kritika. L-assoċjazzjoni qalet li dan mhuwiex każ iżolat iżda parti minn mudell inkwetanti ta’ negliġenza sistemika, fejn ħareġ biċ-ċar nuqqas serju u ripetut.
Apparti min hekk huma semmew kif qed jidher biċ-ċar kif preżentament fl-Isptar mentali ta’ pajjiżna hemm nuqqas kbir ta’ ħaddiema, u infrastruttura mhux adegwata…. bi bżonn dejjem aktar li jkun hemm faċilità li tkun tista’ toffri l-aħjar servizz f’dawn iż-żminijiet. Saħansitra binja ġdida li tkun atrezzata b’investiment meħtieġ.
L-istqarrija kompliet tgħid li hemm bżonn li l-kura tas-saħħa mentali tkun ibbażata fuq ambjent iktar sigur, fejn il-fejqan jista’ jkun wieħed sħiħ b’kura ta’ kwalità.
Kien għalhekk li saret wkoll referenza għal ħtieġa ta’ iktar investiment u riċerka inġenerali fejn jidħol is-settur tas-saħħa mentali, bl-għaqda tisħaq li dan huwa mard li hu ferm iktar kumpless u differenti minn mard kroniku ieħor – b’appell għal riformi dwar x’tip ta’ kura trid tingħata f’ambjent san kemm jista’ jkun possibli.
Min naħa tieghu, il-Partit Nazzjonalista wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti priorità vera lis-saħħa mentali, billi jinbena’ sptar ġdid tas-saħħa mentali – xi ħaġa li taħt dan il-Gvern ma seħħitx minħabba serq u frodi fis-settur tas-saħħa.
Apparti min hekk il-Partit Nazzjonalista ingħaqad ukoll mas-sejħa sabiex ssir ġustizzja mal-persuna involuta.
//= $special ?>