Sport

Club Brugge b’gowl deċiżiv u Feyenoord fil-vantaġġ

FC Salzburg 0    Club Brugge   1

Bilanc assolut matul l-ewwel taqsima fir-Red Bull Arena, minkejja li Salzburg seta’ kellhom aktar azzjonijiet offensivi.

Kien fil-75 minuta li Brugge skorjaw il-gowl deciżiv meta minn azzjoni ta’ Bjorn Meijer kien ROMEO VERMANT li anticipa d-difiza u għeleb lil Alexander Schlager.

Feyenoord   2     Fenerbache   1

Fid-19-il- minuta Feyenoord fil-vantaġġ f’De Kulp Stadion wara li QUINTEN TIMBER għeleb lil Irfan Can Egri bayat. Riżultat ta’ 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

B’Fenerbache aktar fil-partita, fis-86 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ SOFYAN AMRABAT li għeleb lil Timon Wellen. Bil-partita destinata għad-draw ta’ 1 – 1, fit-92 minuta minn azzjoni ta’ Jordan Bos kien ANIS HADJ MOUSSA li poġġa lil Feyenoord fil-vantaġġ, bil-partita ta’ ritorn f’Istanbul miftuħa għal kull riżultat.