Lokali

Karozza tibqa’ dieħla f’ħanut tax-xagħar f’Santa Venera

Ambulanza u Pulizija ssejħu f’Canon Road f’Santa Venera wara li vettura baqgħet dieħla f’ħanut tax-xagħar.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-8am.

Net News jista’ jikkonferma li l-karozza li baqgħet dieħla fil-faċċata tal-ħanut hija vettura Y-plate.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.