Sport

Malta titlef mal-Albanija fil-Kampjonat FIBA Europa Diviżjoni B – Taħt l-20 sena

:

Albanija   50     Malta    46

Ir-raba’ partita għas-selezzjoni Maltija fejn wara li ntlagħbu l-partiti fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni mill-gruppi fil-Kampjonat FIBA Europa Diviżjoni B – Taħt l-20 sena, fil-Kumpless tal-Isport tal-Università ta’ Miskolc, fl-Ungerija, ingħata bidu għal partiti ta’ klassifikazzjoni ġenerali.

Riżultat kiefer għal Malta, immexxija minn Charles Bonnici assistit minn Maria Agius, l-aktar għall-mod kif iddettaw il-partita fl-aħħar sessjoni fejn minkejja distakk notevoli, saħansitra marru fil-vantaġġ li iżda ma kienx biżżejjed.

Bl-Albanija fuq l-offensiva fetħu vantaġġ ta’ 19 – 12 li eventwalment sa tmiem tat-tieni sessjoni tela’ għal 27 – 19 . Fit-tielet sessjoni Albanija fetħu b’run ta’ 7 punti bla risposta minn Malta. Madankollu kien imiss lil Malta li bi tmien punti resqu vicin l-avversarji sal mument li fl-aħħar sekondi tas-sessjoni għamlu tliet punti bis-sessjoni tintemm 38 – 27 .

Three pointer fil-ftuħ tar-raba’ sessjoni għall-Albanija u erba’ punti għal Malta ħallew lit-tim Malti f’distakk ta’ għaxar punti 41 – 31.

Fir-raba’ sessjoni kibret il-pressjoni minn Malta li minkejja d-distakk wettqu run ta’ 13-il punt kontra l-5 punti tal-Albanija biex l-iskor sar 43 – 40 u l-partita nfetħet. Meta kien fadal 28 sekonda Malta fil-vantaġġ 46 – 45 madankollu three pointer għal Albanija u basket fl-aħħar sekonda għalqu l-partita Albanija 50 – Malta 46.

Il-punti għal Malta: Philippa Riolo 12-il punt, Andrea Saliba 11, Sarah Fenech 8 punti, Rebecca Fenech Pace 6 punti,  Ella Abela 5 punti , Sarah Sciberra u Vanya Baldacchino 2 punti kull wieħed.

Malta, issa tilgħab kontra d-Danimarka.