Melita Business għadha kemm ikkonfermat is-sħubija ma’ Buena Vista Holidays għat-tielet terminu konsekuttiv. Dan il-ftehim isaħħaħ relazzjoni mibnija fuq fiduċja, affidabbiltà u servizz konsistenti ta’ eċċellenza. Permezz ta’ dan il-ftehim, Melita Business se tkompli tipprovdi soluzzjonijiet apposta għal kull bżonn fuq is-servizzi mobbli, tal-internet, tat-televiżjoni u data, kollha bi prezzijiet kompetittivi u b’approċċ li jqiegħed il-klijent l-ewwel.
Imwaqqfa minn Paula u Aaron Xuereb, Buena Vista Holidays hija kumpanija mmexxija mill-familja li tmexxi proprjetajiet għall-kiri, b’aktar minn għaxar snin esperjenza fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità. Magħrufa għall-kreattività tagħha, l-integrità u l-attenzjoni għad-dettall, Buena Vista Holidays kibret biex issir waħda mill-ismijiet l-aktar magħrufa f’Malta fis-suq tal-kirjiet qosra u tal-vaganzi. Dan it-tkabbir fil-portafoll ta’ proprjetajiet wassal ukoll għal bżonnijiet dejjem jiżdiedu fil-konnettività.
“Il-fiduċja kontinwa li wrew Paula u Aaron matul is-snin turi ċar il-valur u l-appoġġ li Melita Business tagħti,” qal Anatole Debono, Business Development Manager tal-Melita. “Aħna nifhmu li għal kumpanija bħal Buena Vista Holidays, il-konnettività mingħajr qtugħ hija essenzjali għall-operat ta’ kuljum u għall-esperjenza tal-klijenti tagħhom. Għalhekk nagħtu importanza kbira li nkunu preżenti u l-proattivi fl-appoġġ tagħna.”
“Ir-relazzjoni tagħna ma’ Melita hija mibnija fuq rispett reċiproku, komunikazzjoni miftuħa u riżultati,” qal Aaron Xuereb, Ko-Fundatur u Direttur Maniġerjali ta’ Buena Vista Holidays. “L-attenzjoni personalizzata li nirċievu, flimkien ma’ servizzi affidabbli b’mod konsistenti, jagħmluhom sieħba ta’ vera fis-suċċess tagħna.”
Mill-internet veloċi u konnettività mobbli, għal soluzzjonijiet tat-televiżjoni mfassla apposta u pakketti tad-data, Melita Business tkompli tipprovdi lil Buena Vista Holidays bl-infrastruttura meħtieġa biex tappoġġja negozju li qed jikber u jespandi b’mod dinamiku. B’dan ir-rinnovar, iż-żewġ kumpaniji se jkomplu jikkollaboraw sabiex jiftħu opportunitajiet ġodda flimkien.
//= $special ?>