L-organizzaturi tal-Ballon d’Or, il-France Football, illum ħabbru l-lista finali tal-plejers li huma nominati b’ċans li jirbħu d-69 edizzjoni ta’ dan l-unur annwali.
Għall-unur tal-aqwa plejer tal-irġiel, l-organizzaturi ħabbru lista ta’ 30 plejer, li se jkunu qed jikkompetu kontra xulxin biex jirbħu dan it-trofew li ilu jintrebaħ sa mill-1956.
Fost il-plejers li għamluha f’din il-lista, m’hemmx ir-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni, l-Ispanjol Rodri. Il-plejer ta’ Manchester City qatta’ ‘l biċċa l-kbira tal-istaġun 2024/25 barra mil-logħob minħabba injury.
Mit-30 plejer li tħabbru bħala nominati biex jirbħu dan l-unur, l-akbar żewġ favoriti huma Ousmane Dembele taċ-champions Ewropej, PSG u ż-żagħżugħ promessa Spanjol, Lamine Yamal. It-tnejn li huma għadhom qatt ma rebħu dan l-unur, bir-rebbieħ ta’ dan l-unur għal din is-sena, se jkun qed jitħabbar f’serata speċjali li se tkun qed issir fit-22 ta’ Settembru li ġej, f’Theatre du Chatelet, f’Pariġi.
Il-lista kompluta tat-30 plejer nominat mill-magazine France Football, b’ċans li jirbaħ il-Ballon d’Or ta’ din is-sena hija din:
Ousmane Dembele (PSG & Franza)
Gianluigi Donnarumma (PSG & Italja)
Jude Bellingham (Real Madrid & Ingilterra)
Desire Doue (PSG & Franza)
Denzel Dumfries (Inter Milan & Olanda)
Serhou Guirassy (Borussia Dortmund & Il-Ginea)
Erling Haaland (Man City & Norveġja)
Viktor Gyokeres (Arsenal & Żvezja)
Achraf Hakimi (PSG & Marokk)
Harry Kane (Bayern Munich & Ingilterra)
Khvicha Kvaratskhelia (PSG & Il-Ġeorġja)
Robert Lewandowski (Barcelona & Polonja)
Alexis Mac Allister (Liverpool & Arġentina)
Lautaro Martinez (Inter Milan & Arġentina)
Scott McTominay (Napoli & Skożja)
Kylian Mbappe (Real Madrid & Franza)
Nuno Mendes (PSG & Portugall)
Joao Neves (PSG & Portugall)
Pedri (Barcelona & Spanja)
Cole Palmer (Chelsea & Ingilterra)
Michael Olise (Bayern Munich & Franza)
Raphinha (Barcelona & Brażil)
Declan Rice (Arsenal & Ingilterra)
Fabian Ruiz (PSG & Spanja)
Virgil van Dijk (Liverpool & Olanda)
Vinicius Jr (Real Madrid & Brażil)
Mohamed Salah (Liverpool & Eġittu)
Florian Wirtz (Liverpool & Ġermanja)
Vitinha (PSG & Portugall)
Lamine Yamal (Barcelona & Spanja)
//= $special ?>