Tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li fil-jum tal-Erbgħa weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30, fi Triq is-Salina, in-Naxxar.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Nooma Bravo GLE misjuq minn Bulgaru ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar, u Hyundai I10 misjuqa minn Spanjol ta’ 60 sena.
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tan-12:30, fi Triq Bormla, f’Ħaż-Żabbar. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn Fiat Scudo misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti Ħal Kirkop, u mutur Honda NSS misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti Ħaż-Żabbar. Fuq il-mutur kien hemm ukoll tifel ta’ 8 snin.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u s-sewwieqa tal-muturi kif ukoll it-tifel ta’ 8 snin,
ittieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika.
Aktar tard, huma kienu ċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>