“Laqgħat li rriżultaw produttivi immens… hemm possibilità tajba li Zelenksy u Putin jiltaqgħu u jiddiskutu fuq mejda sabiex jinnegozjaw waqfien mill-ġlied.”
Saħaq dan il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, f’kummenti lil midja internazzjonali wara sett ta’ laqgħat li seħħew bejn ir-rapreżentant Amerikan Steve Witkoff u l-Mexxej Russu Vladimir Putin.
Skont Donald Trump, dawn il-laqgħat kapaċi jwasslu għal taħdidiet storiċi bejn iż-żewġ mexxejja – xi ħaġa li s’issa għadha ma ġratx sa mill-bidu tal-gwerra fil-lvant tal-Ewropa.
Intant, il-Kremlin, fi stqarrija, saħqu li l-laqgha bejn il-President Russu u r-rapreżentant Amerikan, kienet waħda kostruttiva u li kapaċi twassal għal forma ta’ taħdidiet sabiex tintemm din il-Gwerra.
Min naħa tagħhom l-Amerikani saħqu li din hija gwerra li trid titwaqqaf b’mod immedjat sabiex ma jkomplux jinħlew ir-riżorsi neċessarji taż-żewġ pajjiżi fl-offensiva li ilha għaddejja mill-2022.
//= $special ?>