Aħbar sabiħa dalgħodu, hekk kif it-tieni bejta tal-fkieren li nstabet dan is-sajf fl-Għadira, bdiet tfaqqas, b’21 fekruna jidhru ħerġin minn taħt ir-ramel fl-ewwel lejl.
Il-volontieri qed jistennew li joħorġu aktar fkieren żgħar. U għalhekk appellaw biex is-sit tal-bejta jinżamm sigur — jitnaqqas id-dawl u l-istorbju, u jiġu segwiti r-regoli tas-sit.
Nature Trust u l-ERA rringrazzjaw lill-pubbliku li kkopera tul dan il-proċess.
Din tal-Għadira kienet it-tieni bejta li faqset dan is-sajf, wara dik tal-Ġnejna li faqqset lejn l-aħħar tax-xahar li għadda.
//= $special ?>