Lokali

L-Awditur Ġenerali kien ilu mill-2019 li xegħel bozza ħamra fuq il-finanzi tal-MCAST

Il-Kulleġġ tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) baqa’ kompletament sieket wara l-istorja xokkanti ta’ frodi mill-fondi tal-MCAST – storja li fiha hemm implikata l-Eks Kunsilliera tal-PN Francine Farrugia, li tressqet il-Qorti il-Ħamis.

L-MCAST ma ħareġ ebda stqarrija biex jiċċara l-fatti. U qed jgħid biss li se tkun qed isir audit estern. Dan filwaqt li jidher li Francine Farrugia ġiet sospiża mill-MCAST.

Kif tħabbar ilbieraħ, Farrugia irriżenjat minn kull rwol li kellha fil-PN.

Intant, fl-aħħar sigħat, it-Times żvelat kif l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali kien ilu mill-2019 li xegħel bozza ħamra dwar il-kontrolli fuq il-payroll tal-MCAST.

Dak iż-żmien, l-NAO kien diġà sab nuqqasijiet, u li kien hemm problemi fil-mod kif taħdem is-sistema ta’ valutazzjoni.