TA’ XBIEX AMIGOS……… 15
OTTERS NIVEA……………. 13
(2-5), (3-1), (5-3), (5-4)
Ta’ Xbiex Amigos pattew ftit għad-diżappunt li baqgħu barra mill-play-offs tal-kampjonat u rnexxielhom jikkwalifikaw għas-semifinali tan-knock-out. Ir-rebħa missielta kontra Otters Nivea ppremjathom b’konfront kontra Birżebbuġa.
Otters għandhom għalfejn iħossuhom diżappuntati li ma rnexxielhomx jibnu fuq l-ewwel sessjoni wara li permezz ta’ erba’ gowls ta’ Drasko Gogov temmew l-ewwel sessjoni 5-2 fil-vantaġġ. Ir-reazzjoni ta’ Ta’ Xbiex kienet immedjata u wara li Vito Figliomeni skorja s-sitt gowls, Ta’ Xbiex wieġbu tul it-tieni sessjoni u qatgħu d-distakk għal 6-5.
Is-sensiela ta’ gowls konsekuttivi telgħu għal sitta fit-tielet sessjoni hekk kif it-tim ta’ Sergio Afric irnexxielu jieħu vantaġġ ta’ 8-6 lejn nofs is-sessjoni. Hawn il-logħba ħadet żvolta differenti, b’Ta’ Xbiex baqgħu minn fuq minkejja li Otters wieġbu fi tliet okkażjonijiet biex baqgħu gowl bogħod mill-avversarji.
Otters saħansitra għamlu r-riżultat 12-12 bi tliet minuti għal tmiem il-logħba minn penalty ta’ Gogov. Roko Pelicaric skorja għal Ta’ Xbiex u Figliomeni wieġeb b’anqas minn minuta għat-tmiem. Madankollu fl-azzjoni sussegwenti, Zion Bartolo ksorja minn pożizzjoni ċentrali, b’Pelicaric issiġilla r-rebħa fl-aħħar sekonda f’lasta vojta.
Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Camenzuli (1), L. Grech Carr (2), J. Zammit, M. Manara (1), F. Scardino, R. Pelicaric (7), N. Bonavia (2), J. Culic (1), Z. Bartolo (1), C. Busuttil, A. Theuma, T.J. Mifsud
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, D. Dimech, C.J. Saliba, M. Meli (2), K. Micallef, D. Gogov (6), M. Soler, L. Dimech (1), V. Figliomeni (2), M. Farrugia, P. Tabone (2), Z. Dzanovic, S. Cutajar
Referees: Alex de Raffaele, Fabio Ricciotti
BARRACUDAS…………………. 9
MARSASKALA OPTIMA…. 17
(1-3), (2-7), (2-5), (4-2)
Marsaskala Optima se jkunu l-avversarji ta’ Marsaxlokk MFF fis-semifinali tan-knock-out wara rebħa faċli fuq Barracudas. Għal dawn tal-aħħar, dan kien l-aħħar impenn tagħhom f’dan is-sajf wara li ma rnexxielhomx iħallu impatt fil-kampjonat.
Is-solitu Gergo Kovacs poġġa lil Marsaskala minn fuq fl-ewwel attakk tal-logħba. Barracudas żammew mal-avversarji sal-bidu tat-tieni sessjoni sakemm Marsaskala nqatgħu b’serje ta’ gowls konsekuttivi li ġew skorjati perjodikament tul is-sessjoni. Kovacs spikka bi tripletta fost is-seba’ gowls mingħajr risposta.
B’vantaġġ ta’ 10-3, il-logħba naqqset mill-intensità hekk kif iż-żewġ timijiet kienu jafu d-destin tagħhom. Kovacs żied tliet gowls oħra ħdejn ismu filwaqt li ż-żagħżugħ Nick Rizzo skorja doppjetta. L-uniku konsolazzjoni għal Barracudas bir-rebħ tal-aħħar sessjoni.
Barracudas: A. Micallef, C. Bugeja (1), A. Magri, P. Micallef, W. Ruggier, R. Sciortino, N. Farrugia (1), J. Schembri Young, S. Apap (1), G. Massa, L. Pursehouse (1), M. Guidi (4), I. Schembri, L. Bowman (1)
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, T. Fenech (1), J. Pace Mizzi, N. Spiteri, R. Greco (1), C. Harrison, G. Kovacs (8), K. Grech (1), G. Sammut, M. Curmi (3), T. Camilleri (1), L. Gatt, N. Rizzo (2)
Referees: Peter de Jong, Juana Cauchi
Logħob li jmiss
Illum
KO Kampjonat Premier: San Ġiljan v Valletta 6.00pm, Sliema v Neptunes 7.15pm
It-Tnejn
S/F KO I Diviżjoni: Marsaskala v Marsaxlokk 6.15pm, Ta’ Xbiex v Birżebbuġa 7.30pm
//= $special ?>