Ġimgħa attiva għall-fkieren f’pajjiżna, hekk kif it-tielet bejta bdiet tfaqqas fir-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex, B’20 fekruna jidhru ħerġin minn taħt ir-ramel fl-ewwel lejl. Jum biss wara li l-Ħamis faqqset bejta oħra fl-Għadira.
Il-volontieri qed jistennew li joħorġu aktar fkieren żgħar. Għalhekk appellaw biex is-sit tal-bejta jinżamm sigur billi jitnaqqas id-dawl u l-istorbju, u jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tal-voluntiera fuq il-post.