Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, ma tax ċifra dwar kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2024 u kemm minnhom ġew deċiżi.
Meta ltaqa’ l-aħħar il-Parlament din il-ġimgħa, il-Ministru Jonathan Attard qal biss li l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Il-Parlament kien aġġorna għall-15 ta’ Settembru, 2025.
II-Ministru Jonathan Attard kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici.
//= $special ?>