Fid-dawl tal-fatt li mill-Qorti sirna nafu li nsterqu iktar minn żewġ miljun ewro mill-MCAST f’temp ta’ tliet snin u l-Kulleġġ baqa’ ma ndunax b’dan l-abbuż, il-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ għal investigazzjoni indipendenti biex jiġi stabbilit:
- Kif dan kien possibbli?
- Kif wara dan iż-żmien kollu ma giex applikat mekkaniżmu li jiġbed l-attenzjoni lill-Kulleġġ b’dak li kien għaddej?
- Jekk hemmx każi oħrajn simili?
- Jekk kienx hemm nuqqasijiet oħra fil-mod kif jiġu mmaniġġjati l-flus tal-MCAST li finalment huma fondi pubbliċi?
Il-Gvern għandu obbligu li jara li l-abbuż jiġi miġġieled u li jkun hemm sistemi biex dan ma jitħalliex isir.
Dan aktar u aktar meta l-Awditur Ġenerali kien ilu jgħid li hemm nuqqasijiet fl-immaniġġjar tal-finanzi tal-MCAST tal-inqas mill-2019.
Il-Partit Nazzjonalista għal darba oħra jikkundanna kull abbuż ta’ fondi pubbliċi, jagħmlu min jagħmlu.
Dan intqal fi stqarrija mix-Shadow Minister għall-Finanzi Graham Bencini u mix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u s-Snajja’ Justin Schembri.
//= $special ?>