Futbol Sport

It-trasferiment ta’ Sesko ma’ Manchester United hu kważi finaliżżat

Benjamin Sesko
Benjamin Sesko

Ġabra ta’ aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti tal-futbol internazzjonali, fil-qasir

It-trasferiment ta’ Benjamin Sesko minn ma’ RB Leipzig għal ma’ Manchester United hu kważi konkluż. Illum, l-attkkant internazzjonali Sloven ta’ 22 sena kien f’Manchester sabiex jagħmel l-aħħar testijiet mediċi qabel jiffirma. Sesko mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin mar-Red Devils. L-ammont li qed jingħad li se jkunu qed iħalsu t-tim Ingliż għal Sesko se jkun qed jissupera ċ-ċifra ta’ €80 miljun.

Alejandro Garnacho – Chelsea huma qrib li jħabbru l-akkwist ta’ Alejandro Garnacho mingħand Manchester United. Diversi rapport fil-media Brittanika qed jgħidu li ċ-champions tad-dinja diġa’ laħqu qbil mal-plejer, hekk kif l-Arġentin hu deċiz li jibda esperjenza ġdida ma’ Chelsea. Madankollu f’dan l-istadju għadu jrid ikun milħqu qbil bejn iż-żewġ klabbs fuq il- valutazzjoni finanzjarja tal-winger ta’ 21 sena.

Ademola Lookman – Inter għadhom ma laħqux ftehim ma’ Atalanta biex jakkwistaw lin-Niperjan Ademola Lookman. Atalanta qed jitolbu €50 miljun biex iċedu lill-attakkant, iżda s’issa Inter għadhom ‘il bogħod milli jissodisfaw it-talba tal-Orobici. Fl-aħħar żvillupi dwar il-futur ta’ Lookman, fl-aħħar sigħat qed jiġi rrapurtat li Arsenal huma lesti iħalsu l-ammont mitlub minn Atalanta biex jakkwistaw lil Lookman. Il-Gunners qed jaħdmu fuq pjan fejn inaqqsu l-etá medja tal-iskwadra, u qed jippjanaw li jbiegħu lil Leonardo Trossard.

Jack Grealish – Everton għamlu talba uffiċjali lil Manchester City għall-akkwist b’self tal-plejer offensiv, Jack Grealish. Hu mifhum li l-kowċ ta’ ‘The Toffees’, David Moyes hu “ammiratur kbir” tal-internazzjonali Ingliż li x-xahar li ġej jagħlaq 30 sena.

Wilfred Ndidi – Besiktas laħqu qbil ma’ Leicester City biex jisbu l-firma tal-midfielder Wilfred Ndidi. Il-midfielder difensiv ta’ 28 sena, sem jkun qed jissieħeb mal-klabb tas-Süper Lig Tork, li bħala kowċ għandhom lill-eks internazzjonali Norveġiz, Ole Gunnar Solskjær.

Giovanni Leoni – Inter qed juru interess fl-akkwist tad-difensur ċentrali ta’ 18-il sena, Giovanni Leoni. It-Taljan hu propjetá ta’ Parma, u minkejja l-etá tenera tiegħu fl-istaġun li għadda lagħab 17-il darba mal- Gialloblu fis-Serie A. Skont rapport li qed jidhru fil-media Taljana, Inter huma lesti li jċedu lid-difensur Franċiz, Benjamin Pavard. Intant, it-tim Taljan li staġun ilu temm fit-tieni post fis-Serie A, qed ikunu ttantati biex iċedu lid-difensur ċentrali Ġermaniż, Yann Bisseck. Għall-plejer ta’ 31 sena hemm interess minn żewġ klabbs tal-Premier League Ingliż, Bournemouth u Crystal Palace. Iż-żewġ klabbs rispettivi diġa’ għamlu offerta uffiċjali ta’ €35 miljun għall-akkwist ta’ Bisseck, li iżda Inter s’issa qed jirrifjutaw.

Miguel Gutierrez – Iċ-champions Taljani, Napoli laħqu ftehim mal-klabb Spanjol ta’ La Liga, Girona biex jakkwistaw is-servizzi tad-difensur Spanjol li jilgħab fuq ix-xellug, Miguel Gutierrez. L-eks plejer ta’ Real Madrid se jkun qed jiswa’ lit-tim ta’ Antonio Conte iċ-ċifra ta’ €20 miljun.

Rasmus Højlund – Mlilan qed ikomplu juru interess biex jakkwistaw b’self lill-attakkant Daniż ta’ 22 sena, Rasmus Højlund mingħand Manchester United. Rappoarti fil-media Taljana, il-bieraħ irrapurtaw li rappreżentanti miż-żewġ klabbs kellhom jiltaqgħu f’Londra, bit-tim Ingliż huma lesti li jċedu lil Højlund b’self għal staġun, għas-somma ta’ €35 miljun, b’għażla li fl-aħħar tal-istaġun i Rossoneri jistgħu jakkwistaw lill-eks plejer ta’ Atalanta għal kollox.

Alvaro Morata – Skont dak li qed jirraporta l-ġurnalist prominenti Taljan, Fabrizio Romano, l-attakkant internazzjonali Spanjol, Alvaro Morata hu qrib li jsir plejer ta’ Como. Il-klabb tas-Serie A, diġa’ laħqu ftehim mal-klabb Tork ta’ Galatasaray biex il-plejer ta’ 32 sena ma jibqax misluf lilhom mingħand Milan. Hu mifhum li Galatasaray aċċettaw li jieħdu kumpens ta’ €5 miljuni, b’Milan se jkunu qed iselfu lir-rebbieħ tal-aħħar Kampjonati Ewropej ma’ Spanja.