Sport

L-ewwel atleti Maltin fl-azzjoni fil-Kampjonati Ewropej

Wara l-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-Kampjonat tal-Ewropa tal-Atletika Taħt l-20 sena, l-ewwel atleti Maltin fl-azzjoni u l-ewwel sodisfazzjoni.

Is-serje ta’ suċċessi għall-atletika lokali kompliet fir-Ratinan Stadion, f’Tampere, fil-Fillandja b’MATTHEW GALEA SOLER fil-Heat 6 tal-400 metru temm fit-tieni post sabiex ikkwalifika għas-semifinali.

Record Nazzjonali Taħt l-20 sena u Taħt it-23 sena minn ISAAC BONNICI li temm it-800 metru f’1 minuta 51.96 sekondi u temm fis-seba’ post.

THEA PARNIS COLEIRO fil-heat tal-100 metru temmet fi 12.28 sekondi.

Il-kontinġent Malti huwa mmexxi mit-Team Leader Mario Bonello u l-kowċ Rachid Chouhal filwaqt li fost l-uffiċjali f’dawn il-Kampjonati Ewropej, Antonella Chouhal se sserrvi ta’ World Athletics Referee.