Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, għamilha ċara li, fil-jiem li ġejjin, għandu jiltaqa’ direttament mal-President Russu Vladimir Putin, anki jekk tal-aħħar jirrifjuta għal laqgħa bejnu u l-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky.
Trump wassal ukoll il-messaġġ li l-laqgħa potenzjali bejn Putin u Zelensky mgħandhiex titqies bħala ‘kundizzjoni’ għat-taħditiet imminenti bejn il-Presidenti tal-Istati Uniti u r-Russja.
Sadanittant, mifhum li Donald Trump talab lll-Italja biex isservi bħala ‘sede’ għat-taħditiet inkwistjoni. Fl-istess ħin, il-Gvern tal-Polonja jemmen li jista’ ikun qrib ‘l-iffriżar tal-gwerra fl-Ukrajna’, li ilha għaddejja minn Frar tal-2022.
Il-kelliema f’Moska, intant, qalu li l-Amerikani suġġerew li ssir laqgħa ‘trilaterali’ iżda fl-ebda ħin ma diskutew id-dettalji speċifiċi.
Min-naħa tagħha, is-Segretarju Stampa tal-White House, Karoline Leavitt, qalet li l-President Trump għamilha ċara li r-Russi esprimew ix-xewqa għal-laqgħa bejnu u Putin – u meta l-Mexxej Amerikan hu wkoll dispost biex din il-laqgħa ssir ‘akkost ta’ kollox’.
Donald Trump hu determinat li l-gwerra fl-Ukrajna tasal għal konklużjoni u jixtieq ukoll li jkollu l-laqgħat ġodda u mill-aktar fis mal-President Zelensky.
Dan meta Washington iffissa l-ġurnata tallum (il-Ġimgħa) bħala deadline biex ir-Russja turi rieda ġenwina biex ittemm din il-gwerra – bl-Istati Uniti thedded is-sanzjonijiet ġodda għal Moska f’każ li s-sitwazzjoni ma tinbidilx.
//= $special ?>