Il-Kulleġġ tal-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija baqa’ kompletament sieket wara l-istorja xokkanti ta’ frodi mill-fondi tal-MCAST – Storja li fija hemm implikata l-eks Kunsilliera tal-PN Francine Farrugia, li tressqet il-Qorti il-Ħamis.
L-MCAST ma kien għadu ħareġ ebda stqarrija biex jiċċara ċertu fatti dwar il-każ. U qed jgħid biss li se tkun qed issir audit esterna.
Filfatt kien biss tard il-gimgha waranofsimhar li ħarġet stqarrija xotta ta’ ftit linji fejn lanqas biss rrifeferew ghal kaz ta’ Francine Farrugia. B’MCAST jikkonferma wkoll li kaxkar saqajh fuq ir rapport tal-awditur u kien biss issa li beda’ jaghmel xi tibdil fis-sistema tal-payroll.
Fl-aħħar sigħat, it-Times żvelat kif l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali kien ilu mill-2019 li xegħel bozza ħamra dwar il-kontrolli fuq il-payroll tal-MCAST.
Dak iż-żmien, l-NAO kien diġa’ sab nuqqasijiet, u li kien hemm problemi fil-mod kif taħdem is-sistema ta’ valutazzjoni.
Intant fl-istqarrija tal-MCAST ġie spjegat li dawn il-bidliet, snin wara li nġibdet l-attenzjoni, ser ikunu qed jidħlu fis-seħħ f’dawn ix-xhur sajfin – Konferma ta’ dewmien fl-implimentar ta’ riformi reali.
U fid-dawl ta’ dan kollu, il-PN staqsa jekk hemmx każi oħra simili, kif dan kien possibbli, u kif l-MCAST ma kellux mekkaniżmi biex jiġbdu l-attenzjoni b’dak li kien ilu għaddej. Għalhekk, qed jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti.
Il-Partit Nazzjonalista għal darba oħra ikkundanna kull abbuż ta’ fondi pubbliċi – jagħmlu min jagħmlu.
//= $special ?>