Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ħabbret il-ħatra tal-Kurunell Mark Mallia bħala l-President il-ġdid tagħha, b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2025.
Minn mindu twaqqfet fl-2001 wara ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja Kattolika f’Malta, il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann kienet il-kustodju ta’ wieħed mill-akbar teżori artistiċi li għandna fil-Gżejjer Maltin. Il-missjoni tagħha hija li tiżgura li dan il-wirt jiġi kkonservat.
Il-Fondazzjoni tilqa’ bil-ferħ il-presidenza tiegħu u tixtieqlu kull suċċess fit-terminu tiegħu.
Il-Fondazzjoni rringrazzjat ukoll lill-Monsinjur Emmanuel Agius għas-servizz u t-tmexxija tiegħu matul il-mandat tiegħu bħala President.
//= $special ?>