Fil-Ħabs ta’ Kordin hemm mara li qed tinżamm f’Division 6.
Fl-aħħar jiem kien hemm diversi rapporti dwar possibbiltà li mara mis-Sala Forenska f’Monte Carmeli ntbagħtet f’Division 6. U issa Net News jista’ jikkonferma dan wara li tkellem ma’ priġunier li jinsab f’din l-istess diviżjoni – li normalment tkun esklussivament għall-irġiel.
Ġabulna waħda female magħna fis-six… ma nafx għalfejn ġabuha, mhux suppost qiegħda fis-six, suppost jitfawha xi mkien ieħor mhux qiegħda mal-irġiel.
Dan il-priġunier li tkellem ma’ Net News spjega li dawk li jkunu f’Division 6 ikollhom jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom fiċ-ċella; fejn hemm ukoll il-kameras tas-sigurtà li jkunu jistgħu jaraw l-uffiċjali.
F’ġurnata siegħa biss miftuħ ta’ u dejjem bil-camera fuqhekk jarawk tagħmel toilet, skużi dik dinjità, dik mhux dinjità, bniedem miftuħ siegħa biss?
B’din il-mara tispiċċa f’din l-istess sitwazzjoni.
Ġabilna waħda tefagħha magħna? Dik x’inhi tagħmel magħna hawnhekk? Gabilna magħna hawn tista’ ġibb mara fost l-irġiel u qiegħda f’kamra jaraw kollox?
Inidikazzjoni li priġuniera possibbilment tinsab f’Division 6, inizzjalment ħarġu fil-21 ta’ Lulju mill-Professur Andrew Azzopardi. U s’issa kważi tliet ġimgħat wara, din il-priġuniera għadha f’din id-diviżjoni li suppost isservi bħala waħda temporanja.
Fl-aħħar jiem Net News kien żvela li f’Division 6 hemm ħafna sħana, ġrieden u wirdien fiċ-ċelel. B’din is-sitwazzjoni twassal ukoll lil dawn il-priġunieri fi stat mentali ħażin ħafna.
S’issa la l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri u lanqas id-Direttur tal-Ħabs Chris Sigiersma għadhom ma ħarġu jiċħdu li din hija s-sitwazzjoni preżenti fil-Ħabs ta’ Kordin.
//= $special ?>