Lokali Saħħa

Twissija nazzjonali għas-sigurtà tal-pazjent: Irtirat lott tal-mediċina Ozempic

Bħala miżura ta’ prekawzjoni bbażata fuq ir-rapport ta’ Novo Nordisk, qed isir irtirar fil-livell tal-pazjent tal-Ozempic – injezzjoni mimlija f’pinna bin-numru tal-lott u d-data ta’ skadenza preżentati hawn taħt.

Dan l-irtirar japplika għal dan il-lott biss:

Numru tal-Lott         PP5N682::RN287

Data ta’ Skadenza     02/2027

L-awtoritajiet Maltin wissew li jekk għandek fil-pussess tiegħek Ozempic injezzjoni mimlija f’pinna li tappartjeni għal dan il-lott:

  1. Waqqaf l-użu tal-prodott affettwat
  2. Ikkuntattja l-ispiżerija tiegħek biex tivverifika l-lott tal-mediċina
  3. Irritorna l-pakkett affettwat lill-ispiżerija minn fejn xtrajt il-mediċina
  4. Kellem lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek għal parir kif tkompli l-kura tiegħek

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika bħala l-Awtorità tal-Liċenzjar bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini qed jaħdmu b’mod attiv mal-partijiet interessati biex jissalvagwardja kwalunkwe riskju possibbli għas-saħħa pubblika.

Kull min għandu xi mistoqsijiet, irid ikellem lill-ispiżjar jew lit-tabib personali.