Minkejja l-MRIs li jsiru fl-Isptar Mater Dei li qed jaħdmu 24 siegħa kuljum, fl-Isptar ta’ Għawdex, issa wkoll fiċ-Ċentru Ċensu Moran li sa fl-aħħar beda jinfetaħ għal xi servizzi, u issa wkoll fir-Residenza San Vinċenz, xorta hemm 171 pazjent li ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
In-numru ta’ dawk li qed jistennew MRI ngħata mill-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela meta din il-ġimgħa kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Fit-18 ta’ Ġunju 2025, meta twieġbet ukoll mistoqsija parlamentari, in-numru ta’ pazjenti li kienu qed jistennew kien ta’ 269. Tfisser ukoll li kull talba għall-MRI urġenti isir fl-iqsar żmien possibbli.
//= $special ?>