Pajjiżna għandu bżonn proċess ta’ konsultazzjoni pubblika reali – il-mod ta kif il-Gvern iddeċieda li jniedi dan il-proċess huwa riżultat ta’ pressjoni qawwija li saritlu mill-pubbliku.
Sostna dan l-editorjal tal-ġurnal The Malta Independent fejn insista li kif qed tiġi operata din il-konsultazzjoni ma hija tajba xejn.
Dan hekk kif il-poplu jinsab għaddej f’nofs il-vaganzi tas-sajf, aljenat waħda kbira moħħu fil-baħar u l-ħruġ u mhux f’żewġ abbozzi preżentati fil-parlament li qed jipproponu li jbiddlu wiċċ il-liġijiet tal-ippjanar.
L-editur insista li filwaqt li numru kbir ta’ NGOs flimkien ukoll mal-Partit Nazzjonalista qed iħeġġu lil Robert Abela u sħabu biex jirtiraw dawn il-proposti l-Gvern qiegħed iwebbes rasu.
Fl-istess ħin il-Partit Laburista qed iġarrab kritika qawwija minħabba n-nuqqas ta’ konsultazzjoni – bl-eks Prim Ministru Joseph Muscat jiddeskriviha bħala froġa medjatika. Bl-editur jinsisti u jisħaq ċar u tond li l-NGOs u l-Partit Nazzjonalista għandhom totalment raġun meta qed jappellaw biex dawn l-abbozzi jiġu rtirati
//= $special ?>