Lokali

Ifaqqsu 22 fekruna mill-bejta tal-fkieren fl-Għadira

Fi stqarrija uffiċjali maħruġa s-Sibt mill-ERA qalu li fil-bajja tal-Għadira faqqsu 22 fekruna minn din il-bejta fl-Għadira.

F’din is-stqarrija intqal ukoll kif is-Sibt sar skavar biex jiġi determinat għaliex ħarġu ftit fkieren. Wara eżami tal-104 bajda li kien hemm fil-bejta rriżulta li l-maġġoranza kienu sfortunatament mhux fertilizzati u għalhekk dawn ma setgħux jiżviluppaw.

Huma kkonkludew bili saħqu kif dan ma kienx ir-riżultat mixtieq, però jibqgħu ottimisti fil-fatt li 22 fekruna faqqsu b’suċċess.

Rittrati: ERA