Lokali

Ix-Shadow Minister Rebekah Borg issir omm għat-tieni darba

Is-Shadow Minister Rebekah Borg flimkien mar-raġel tagħha Jurgen Borg laqgħu membru ieħor fil-familja tagħhom hekk kif ħabbru t-twelid tat-tieni wild tagħhom, Marcus.

Rebekah Borg ħabbret dan permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tagħha, fejn spjegat li ċ-ċkejken Marcus twieled propju fis-6 ta’ Awwissu.

Hija spjegat ukoll li Marcus jinsab fl-NPICU għal ftit aktar kura li għandu bżonn, b’Borg tesprimi l-gratitudni tagħha għall-professjonisti kollha li qed jieħdu ħsieb lil binha.

Fil-post, spjegat ukoll li t-tifla tagħha Beth, ħerqana sabiex tiltaqa’ mal-membru l-ġdid tal-familja Borg.