Kienu għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar meta seħħet ħabta bejn żewġ vetturi bil-konsegwenza li nqalbet vettura minnhom fi Triq Sir Anthony Mamo San Ġwann.
L-inċident tat-traffiku seħħ bejn Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 27 sena mill-Ħamrun u Mitsubishi Pajero Junior misjuqa minna mara ta’ 39 sena residenti l-Gudja, li magħha kellha wkoll it-tifel tagħha ta’ 16-il sena, kellhom impatt bir-riżultat li s-Suzuki Swift inqalbet.
Fil-post isejjħu tim mediku, ambulanza u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lis-sewwieqa u l-passiġġiera f’dan l-inċident. It-tlett persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn fortunatament ġew ċċertifikati li ġarrbu biss xi ġrieħi ħfief.
//= $special ?>