Żagħżugħa ta’ 25 sena mis-Swieqi kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ ftit wara s-7:30 tas-Sibt filgħodu fil-wied li jinsab bejn il-lokalitajiet ta’ San Ġwann u s-Swieqi, bil-vettura għal xi raġuni tinqaleb.
Fil-post kienu msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-maral-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>