Futbol Sport

Mosta jakkwistaw attakkant Brażiljan ta’ 27 sena

Daniel Henrique Machado Santos
Daniel Henrique Machado Santos

Daniel Henrique Machado Santos, magħruf aħjar bħala Daniel GTA hu l-isem il-ġdid tal-attakkant, u possibilment l-iskorer prolifiku li qed jittamaw li jkun fl-istaġun li għadu se jibda, Mosta.

Isem Daniel GTA qed ikun żvelat b’mod esklussiv minn Replay għall-ewwel darba, mhux għax xi ħadd li għandu jew kellu aċċess għar-reġistrazzjoni tal-plejers onlajn tal-MFA, il-comet għaddilna ismu, iżda għaliex Net Sports nistħarġu kull aħbar u fejn m’aħnix ċerti nżommu pass lura u ma nippublikawx trasferimenti ta’ plejers, sempliċiment għaliex xi ħadd li jkollu aċċess ristrett għall-pjataforma diġitali tal-comet, ikun għaddilna l-isem. Aħna nemmnu f’stil ieħor ta’ ġurnaliżmu u wara kull storja mis-suq tat-trasferimenti tal-futbol lokali li nkunu ppublikajna, qabel ma nirrapurtaw id-dettalji, naċċertaw li nivverfikaw il-fatti u kemm l-aħbar hi veritjiera. Nagħmlu dan tal-anqas ma’ sors wieħed jew tnejn. Hekk titlob is-serjetá f’dan it-tip ta’ xogħol.

Net News ilna infurmat bil-possibiltá li Daniel Henrique Machado Santos jissieħeb ma’ Mosta, sa minn qabel ma’ beda l-proċess mil-klabb biex il-Brażiljan ikun reġistrat fis-sistema tal-comet.

Hu mifhum li Daniel GTA, illejla se jkun disponibbli għall-kowċis Mario Muscat u Joseph Grech ta’ Mosta, biex jilgħab fil-finali tal-Gammari Muscat Pre Season Tournament 2025, kontra Gżira United. Din il-partita se tintlagħab fis-6:15pm.

Mosta għadhom iridu jħabbru l-akkwist ta’ Daniel GTA, pero ninsabu infurmati li llejla, l-iskorer prolifiku li kien qed jilgħab l-aħħar ma’ Águia de Marabá FC fis-Serie D Brażiljana.

Il-profil ta’ Daniel GTA hu wieħed interessanti. Bejn April u Lulju li għadda, l-attakkant Brażiljan kien qed jilgħab fl-imsemmi Kampjonat, fejn f’12-il partita hu skorja seba’ gowls.

Għal Daniel GTA din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu fl-Ewropa u sintendi f’pajjiżna u dawk li fl-aħħar jiem kellhom l-opportunitá li jarawħ jitħarreġ ma’ Mosta, ikkumentaw li l-kwalitajiet u l-abiltajiet tekniċi ta’ dan il-plejer huma ta’ kwalitá għolja.