Lokali

Owen Bonnici ma jridx jiddiskuti l-kritika ta’ sħabu

Il-Ministru veteran Owen Bonnici irrifjuta li jirrispondi l-mistoqsijiet ta’ dan l-istazzjon fil-konfront ta’ dak li ntqal mid-deputat Laburisti Edward Zammit Lewis u Katya De Giovanni. Dan wara li urew biċ-ċar li m’għandhomx fiduċja fil-membri tal-kumitat li suppost se janalizza l-liġi tal-ippjanar.

Owen Bonnici qiegħed parti mill-‘working group’ li waqqaf il-Prim Ministru Robert Abela sabiex tul dan ix-xahar ikun jista’ jikkonsulta lill-pubbliku – wara li skont Joseph Muscat Abela wettaq “froġa medjatika” fl-emendi tal-Ippjanar.

Wara li tħabbar dan il-kumitat, id-deputat tal-Labour Katya De Giovanni qalet li għandja fiduċja kbira f’xi membri – botta ċara li m’għandhiex fiduċja f’kulħadd f’dan l-imsemmi working group, inkluż il-Ministru Owen Bonnici li jifforma parti minn dan is-suppost grupp ta’ konsultazzjoni.

Mistoqsi dwar din il-kritika enormi u l-qasma li hi evidenti – Owen Bonnici qal li mhux lest jesprimi l-opinjoni tiegħu ma’ Net News.

Kienu bosta l-esponenti Laburisti li ħaduha qatta’ bla ħabel kontra dawn l-emendi imressqa – iżda għal Owen Bonnici dan l-inkwiet intern fl-apert huwa riżultat ta’ “talenti kbar” fi ħdan l-istess Labour.