Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Roderick Sciortino

F’Ħal Għaxaq, ingħatat l-aħħar tislima lil Roderick Sciortino – ir-raġel li kien involut fi ġlieda fejn il-pool fil-lukanda Seabank Resort and Spa, u li miet il-Ħamis 31 ta’ Lulju.

Fi knisja ippakjata, qraba u ħbieb ingħaqdu sabiex għamlu ċelebrazzjoni ta’ ħajtu.

Il-ġlieda li Roderick Sciortino kien involut fiha seħħet ftit tal-jiem ilu f’lukanda ewlenija.

Jirriżulta li Sciortino rċieva daqqa mingħand turist ta’ nazzjonalità Ingliża, Liam Joseph Stacey, li diġa’ tressaq il-Qorti.

Sciortino kien fil-lukanda mas-sieħba tiegħu Alexia Meilak, ħutha u l-ġenituri tagħha sabiex jiċċelebraw għeluq snin it-tifla tiegħu.