Internazzjonali

Trump u Putin se jiltaqgħu fl-Alaska nhar il-Ġimgħa

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President tar-Russja Vladimir Putin qablu li se jkunu qed jiltaqgħu fl-Alaska, nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Awwissu, bil-għan li jiddiskutu x’se jkun qed iseħħ mill-gwerra mal-Ukrajna.

Dan ħabbru l-President Amerikan fuq il-midja soċjali fejn kien ikkonfermat minn kelliem għal Kremlin, b’dan tal-aħħar ma jeskludix summit ieħor bejn iż-żewġ mexxejja, din id-darba fir-Russja stess.

L-aħbar waslet ftit tas-sigħat wara li Trump ta x’jifhem li biex il-gwerra li issa ilha għaddejja għal 3 snin u nofs tasal fi tmiemha, l-Ukreni jaf ikollhom iċedu xi territorji – partikolarment dawk ta’ Kherson u Zaporizhizhia.