Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika informa lill-pubbliku li, skont id-Direttiva dwar l-Ilmijiet għall-Għawm, ma huwiex rakkomandat li jsir għawm fil-post affettwat sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Huma spjegaw li dan minħabba li riċentement kien hemm ħruġ ta’ drenaġġ lejn il-baħar minn fosos ta’ proprjetà privata.
Intqal li għalkemm il-ħruġ issa waqaf, l-inċident seta’ kellu impatt fuq il-kwalità tal-ilma għall-għawm u jista’ ikun ta’ riskju għas-saħħa pubblika.
Bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-pubbliku qed jiġi avżat biex jevita l-għawm f’din iż-żona sakemm jiġi kkonfermat li l-ilma huwa sigur.
Uffiċjali mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali bħalissa qed isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib u għaddejjin bl-investigazzjonijiet.
Finalment ingħad li il-perjodu tat-tniġġis ma tistax tiġi stmata f’dan l-istadju, iżda jiġu ppubblikati aġġornamenti kif meħtieġ.
//= $special ?>