Anzjan ta’ 72 sena minn Birkirkara weġġa’ wara li ntlaqat minn vann tat-tip Peugeot, misjuq minn raġel ta’ 78 sena residenti Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 08:45 fi Triq Nazzjonali, il-Furjana. Fuq il-post issejħu tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel li ntlaqat mill-vann, l-isptar Mater Dei għal kura meħtieġa. Fuq il-post marru wkoll Membri ta’ Transport Malta flimkien u uffiċjali tal-Pulizija. Il-kundizzjoni tar-raġel għadha pendenti.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>