Lokali Qorti

Jinżamm arrestat is-Somalu li baqa’ dieħel f’salon bil-karozza waqt li kien fis-sakra

Inżamm arrestat, Abdi Salaan Mahamad Ali, is-Somalu ta’ 42 li baqa’ dieħel bil-karozza tiegħu f’ħanut tax-xagħar f’Santa Venera, taħt l-influwenza qawwija tal-alkoħol.

L-inċident seħħ nhar il-Ħamis li għadda fi Triq il-Kanun, u l-akkużat ittieħed l-isptar u hemmhekk sarlu test tal-breathalyzer, fejn irriżulta li kellu livell għoli ta’ alkoħol.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li mal-Pulizija l-akkużat sostna li xtaq jikkuntattja lis-sid tal-ħanut li ħabat miegħu.

Fil-Qorti ingħad li bħala xufier professjonali, l-akkużat kellu d-dmir li jevita kull konsum.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest billi sostniet li l-akkużat ilu f’Malta għal 17-il sena bla ebda każ kriminali, iżda t-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda.

Finalment, id-difiża talbet ordni ta’ protezzjoni favur sid is-salon, Marica Baldacchino,