Futbol Sport

Crystal Palace jirbħu l-ewwel Community Shield fl-istorja wara l-għoti tal-penalties kontra Liverpool

Iċ-champions attwali tal-FA Cup, Crystal Palace wettqu miraklu ieħor. Ir-rebħa kontra Manchester City fil-finali f’Mejju li għadda waslet għall-ewwel Tazza f’119 sena tall-klabb, din id-darba huma għelbu liċ-champions tal-Ingilterra Liverpool fl-ewwel finali tal-istaġun hekk kif rebħu l-ewwel Community Shield tagħhom fl-istorja, permezz tal-għoti tal-penalties.

Ir-Reds bdew fuq l-aħjar nota possibli, hekk kif fid-debutt tagħhom, Hugo Ekitike u Florian Wirtz għaqdu tajjeb biex fetħu l-iskor wara biss 4 minuti. L-attakkant Franċiż sab ix-xibka fid-debutt tiegħu permezz ta’ xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa minn pass filltranti tal-midfielder Ġermaniż Florian Wirtz.

Liverpool dominanti fl-ewwel kwarta logħob, madankollu Palace jirnexxielhom jirrispondu wara 17-il minuta permezz tal-aqwa skorer tat-tim fl-istaġun li għadda, Jean-Philippe Mateta kkonverta tajjeb il-penalty tiegħu.

(Ritratt: EPA)

Liverpool ikomplu jattakkaw, biex 4 minuti wara debuttant ieħor isib ix-xibka. Id-difensur laterali Jeremie Frimpong jaħrab mal-linja leminija u jipprova jixħet kross fil-kaxxa, bil-ballun idur fl-arja u jħawwad lill-goalkeeper Henderson u jispiċċa fix-xibka.

Palace jibqgħu persisteni u jirnexxielhom jillivelaw l-iskor fis-77 minuta permezz ta’ Ismaila Sarr minn pass tajjeb taż-żgħażugħ Adam Wharton.

Il-partita tmur għall-għoti tal-penalties.L-iskorer Mateta jinkariga ruħu mill-ewwel penalty ta’ Palace, u jirnexxielu jirrepeti dak li wettaq waqt il-partita meta sab ix-xibka tajjeb.

L-aqwa skorer tal-Premier League l-istaġun li għadda, u l-istilla ta’ Liverpool, Mohammed Salah jinkariga ruħu mill-ewwel penalty tar-Reds, u b’sorpriża għal kullħadd jixħet barra.

Fit-tieni rawnd ta’ penalties, Eberechi Eze u Alexis Mac Allister it-tnejn ifallu l-penalties tagħhom, biex fit-tielet rawnd l-iskorer Ismaila Sarr u Cody Gakpo jikkonvertu tajjeb.

Fir-raba’ rawnd, id-debuttant ta’ Palace Sosa jolqot il-minduda, b’Liverpool ikollhom ċans jagħmlu l-iskor indaqs pero s-sostitut Harvey Elliot ifalli hekk kif Dean Henderson protagnista għal darb’oħra f’Wembley b’save mill-isbaħ.

Dominik Szoboszlai jagħti l-aħħar penalty għal Liverpool, b’Dean Henderson jerġa jsalva. Kollox f’idejn iż-żgħażugħ Justin Devenny biex jiskorja l-aħħar penalty, bil-midfielder jagħmel dan bil-kalma kollha.

(Ritratt: EPA)