Tasal fit-tmiemha l-esperjenza tal-attakkant internazzjonali Urugwajan, Darwin Nunez maċ-champions Ingliżi, Liverpool. Il-plejer ta’ 26 sena laħaq ftehim mal-klabb mill-Arabja Sawdija, Al-Hilal b’kuntratt ta’ tliet snin.
Il-klabb li jilgħab fil-Pro League tas-Sawdi, se jkun qed iħallas iċ-ċifra ta’ €53 miljun għall-alkkwist ta’ Nunez lil Liverpool. Nunez kien ilu ssieħeb ma’ The Reds, f’Ġunju tal-2022 mingħand Benfica. Fiż-żmien li għamel jilgħab ma’ Liverpool, l-Urugwajan lagħab total ta’ 143 partita u skorja 40 gowl.
Madankollu l-istaġun li għadda, meta Liverpool rebħu l-20 Kampjonat tagħhom fl-istorja, Nunez tilef postu fl-iskwadra ta’ Arne Slot tant li f’staġun sħiħ, kienu biss tmienja d-drabi li beda’ mal-ewwel ħdax.
Il-klabb ta’ Liverpool ħarġu stqarrija sabiex juru l-apprezzament tagħhom lejn il-kontribut li ta’ Nunez fiż-żmien li għamel jilgħab magħhom u awgura lilu u lill-familjari tiegħġu kull suċċess għall-futur.
Nunez se jkun qed jingħaqad mal-bqija tal-iskwadra l-ġdida tiegħu, li preżentament tinsab il-Ġermanja għal jiem ta’ taħriġ intensiv.
It-tliuq ta’ Nunez għandu jżid il-possibiltá li Liverpool jagħmlu sforz akbar minn dak li għamlu s’issa, sabiex iżidu l-offerta tagħhom u jiksbu l-firma tal-attakkant Żvediz, Alekxander Isak ta’ Newcastle United.
//= $special ?>