“Abela għandu bżonn aktar xaghar griż madwaru…ma tistax tarmi lil min għandu esperjenza politika kbira”
Saħaq dan id-Deputat Laburista u kritiku kostanti tat-tmexxija ta’ Robert Abela, Edward Zammit Lewis. Dan fil-konfront tat-tmexxija tal-Gvern preżenti li skont l-istess Zammit Lewis għandha bżonn ferm aktar esperjenza u nies fi ħdana li jafu x’inhuma jagħmlu.
Mal-Malta Today l-eks Ministru Laburista saħaq li dak lil-elemendi kontroversjali tal-ippjanar waslu minħabba nuqqas serju ta’ nies b’esperjenza fi ħdan il-Gvern preżenti u propju, f’botta diretta, qal li l-Gvern ta’ Joseph Muscat fil-passat kien ferm iktar b’saħħtu minħabba din it-taħlita.
Intant fl-istess intervista Zammit Lewis għamilha ċara li stenna li fl-2022 hu jkun wieħed mill-persuni magħżula sabiex iservi fil-kabinett ta’ Abela u f’botta oħra diretta saħaq li l-Prim Ministru preżentament spiċċa mħasseb fuq l-għażliet li huwa għamel.
Edward Zammit Lewis għamilha ċara li ma jaqbilx mal-emendi mressqa deskritti bħala froga minn Joseph Muscat – bil-qasma fi ħdan il-Partit Laburista fil-Gvern qed tidher dejjem aktar.
Iżda Robert Abela, f’intervent fuq ir-radju tiegħu qal li dawn l-emendi saru sabiex, skontu, wieħed ikun jista’ jagħmel il-BBQs u forsi jixwi xi biċċa laħam
Evidenti li l-Prim Ministru qed jipprova jiġġustifika dawn ir-riformi fl-ippjanar, għaliex apparti l-qasma evidenti fil-kabinett Laburista, Abela qed jipprova wkoll jiġor ġieħu mal-eluf kbar ta’ Maltin li kritikaw bis-saħħa din il-liġi li ser tgħati poteri kbar lill-awtorità minajr ebda’ kontroll ta’ xejn.
//= $special ?>