Khim Bahadur Pun huwa r-raġel ta’ 42 min-Nepal li miet fl-Inċident li seħħ il-Ħadd filgħodu wara li karozza Maserati, baqgħet dieħla f’numru ta’ vetturi fosthom il-mutur li kien qiegħed isuq dan ir-raġel. L-inċident seħħ għal ħabta tal-ħamsa u għoxrin ta’ filgħodu, fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara.
Pun li ħalla din id-dinja, b’mod traġiku għall-aħħar, kien missier ta’ żewġt’itfal, ġie f’Malta tlett snin ilu u kien jaħdem bħala sewwieq tal-Wolt.
Dan huwa t-18-il persuna, li miet fit-toroq ta’ pajjiżna matul din is-sena.
F’post fuq il-midja soċjali, l-għaqda Nepaliża f’Malta sellmet il-memorja ta’ Pun, u sostniet li se jibqa’ mfakkar għal dejjem.
//= $special ?>