Iċ-Chief of Staff ta’ Robert Abela, il-kurunell Mark Mallia, ingħata job ieħor. Dan hekk kif il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ħabbret il-ħatra tiegħu bħala l-President il-ġdid tagħha, b’effett mill-1 ta’ Awwissu.
Mark Mallia kien spiċċa f’nofs kontroversja wara li Abela ħadu miegħu f’Kastilja s-sena li għaddiet – eżatt wara d-disfatta fl-elezzjoni tal-MEPs.
Għall-kurunell Mallia, it-tmexxija tas-Segretarjat f’Kastilja kien ir-reba’ rwol maġġuri għalih fil-Gvern f’temp ta’ ftit xhur.
F’dak il-perijodu, Mark Mallia kien imexxi l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, Transport Malta, u l-Aġenzija Identità fost l-oħrajn.
U issa, apparti li għadu jmexxi l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ħa f’idejh il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.
//= $special ?>