Futbol Sport

Mosta rebbieħa tal-Gammari Muscat Pre-Season Tournament 2025 b’rebħa kontra Gżira United

Mosta FC rebbieħa tal-Gammari Muscat Pre-Season Tournament 2025
Mosta FC rebbieħa tal-Gammari Muscat Pre-Season Tournament 2025

L-organizzaturi, Mosta FC tal-aktar pre-season turnament popoarli fil-futbol Malti, il-Gammari Muscat, il-bieraħ is-Sibt iċċelebraw ir-rebħ ta’ din il-kompetizzjoni. Ġimgħa bl-eżatt qabel jibda l-Malta Premier,

Mosta għelbu lil Gżira United 1-0 fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni li kellha l-parteċipazzjoni ta’ xejn anqas minn tmien timijiet kollha mil-Malta Premier.

Il-gowl waħdini li għamel id-differenza kollha kien skorjat mid-debuttant Mosti, l-attakkant Brażiljan, Daniel Henrique Machado Santos, magħruf aħjar bħala Daniel GTA li għadu jrid jitħabbar uffiċjalment minn Mosta bħala akkwist ġdid tat-tim għall-istaġun il-ġdid.

Parti mill-istaff tekniku ta’ Mosta FC, jiċċelebra r-rebħ tal-Gammari Muscat Pre-Season Tournament, fit-tmiem tal-finali kontra Gżira United.

Ironikament kienet din l-istess paġna ta’ Replay, li l-bieraħ filgħodu, b’mod esklussiv żvelat l-isem ta’ dan il-plejer ta’ 27 sena. Ir-reġistrazzjoni ta’ Daniel GTA fis-sistema onlajn tal-MFA, il-comet, tħalliet għall-aħħar minn Mosta u ismu nżamm mistur sakemm kien żvelat minn Replay wara li kkonfermajna mas-sorsi tagħna li n-negozjati bejn il-klabb u l-plejer kienu fi stadju finali.

Wara tmiem il-partita kontra l-maroons, il-captain ta’ Mosta, Zachary Brincat kien ippreżentant bit-trofew Ġammari Muscat, fil-presenza ta’ numru ta’ partitarji Mostin li kienu preżenti għal din il-finali f’Charles Abela Stadium.

Mosta se jkunu qed jilgħabu l-ewwel logħba tagħhom tal-Kampjonat bħall-lum ġimgħa, meta fl-ewwel konfront tal-Malta Premier jaffrontaw lil Marsaxlokk. Il-finalisti telliefa tat-trofew Gammari Muscat, Gżira United se jkunu qed jilgħabu fl-aħħar logħba minn sitta f’match day 1 tal-Kampjonat, bħal għada ġimgħa kontra Hibernians.