Minkejja l-kritika qawwija mid-deputati tiegħu stess, Robert Abela dalgħodu baqa’ jiddefendi l-kompożizzjoni tal-working group li waqqaf hu stess biex suppost jemenda l-abbozzi tal-ippjanar – abbozzi li kulħadd qed jitlob biex jiġu irtirati, iżda l-Prim Ministru qed jibqa’ jwebbes rasu.
Fuq ir-radju laburista, Abela baqa’ jirrepeti l-eżempji bla bażi li semma’ fl-aħħar ġimgħat biex jiġġustifika l-mossa li għamel minn wara dahar kulħadd u bla konsultazzjoni. Bil-Prim Ministru jgħid li dan tiegħu huwa “stil ta’ tmexxija b’saħħtu”.
Fl-intervent tiegħu fuq ir-radju, Robert Abela qal li dawn il-liġijiet se jibbenefikaw minnhom anzjani li jkunu jridu jixwu biċċa laħam fuq il-BBQ, jew pensjonanti li għandhom “kamra ċkejkna f’għalqa”.
Dwar il-working group, immexxi miċ-Chief of Staff Mark Mallia bis-sehem ta’ diversi Ministri, Robert Abela qal li l-Ministri magħżula se joffru ċertezza.
Ir-riforma tal-liġi tal-ippjanar ġabet kritika enormi minn diversi professjonisti u attivisti. Dan filwaqt li l-PN ressaq mozzjoni fil-Parlament biex l-abbozzi jiġu irtirati minnufih.
//= $special ?>