L-attakkant Eġizzjan, Mohammed Salah ħareġ pubblikament jikkritika lill-UEFA fuq post li l-organizzazjoni tefgħet relatata mal-mewta tal-plejer Palestinjan, Suleiman al-Obeid fuq il-pjattaforma X.
Il-Ħamis filgħaxija, il-Palestinian Football Association (PFA) ħabbret li Suleiman al-Obeid, plejer Palestinjan ta’ 41 sena nstab mejjet fil-Medda ta’ Gaza wara attakki mill-armati Iżraeljana waqt li kien qiegħed jistenna għall-għajnuna umanitarja.

Suleiman al-Obeid lagħab 24 darba għat-tim nazzjonali Palestinjan
Al-Obeid kien magħruf bħala l-‘Pele tal-futbol Palestinjan’, u skont il-PFA, huwa skorja iżjed minn 100 gowl fil-karriera tiegħu, inkluż żewġ gowls mat-tim nazzjonali Palestinjan f’24 partita.
Il-ġimgħa, permezz ta’ stqarrija fuq X, il-UEFA sellmet il-memorja ta’ al-Obeid, pero ma semmiet l-ebda raġuni ta’ kif u fejn miet il-plejer ta’ 41 sena.
Matul il-ġurnata tas-Sibt, l-attakkant ta’ Liverpool Mohammed Salah irrisponda fuq l-istess pjattaform X, u staqsa jekk il-UEFA tista’ tagħti iżjed dettalji fuq il-mewta traġika ta’ al-Obeid.

Fil-passatt, l-attakkant Eġizzjan kien ikkritikat minn bosta għan-nuqqas ta’ attenzjoni li deher jagħti lill-kwistjoni bejn Iżrael u l-Palestina, pero fl-aħħar ġimgħat Salah deher ikun iżjed voċiferu fuq l-atroċitajiet li qed iseħħu fil-Medda ta’ Gaza.
//= $special ?>