Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq tal-Wolt maqtul wara li karozza baqgħet dieħla f’numru ta’ vetturi

Ritratt ta' Catriel Farrugia Sghendo

Sewwaq tal-Wolt, min-Nepal, li għandu 42 sena u li kien jgħix f’Birkirkara, inqatel wara li karozza Maserati Levante baqgħet dieħla f’numru ta’ vetturi fosthom fil-mutur tiegħu tat-tip Kymco. Wara l-ħabta mal-mutur, il-karozza ħabtet ukoll ma’ tliet vetturi pparkjati. Ix-xufier u żewġ passiġġiera tal-karozza ħarbu minn fuq il-post.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u għoxrin tal-Ħadd filgħodu, fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara. Fuq il-post wasal tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur. Sfortunatament, huwa ġie
ċċertifikat mejjet.

Waħda mill-passiġġiera tal-karozza, tfajla ta’ 18-il sena residenti l-Mosta, instabet ftit minuti
wara fil-viċinanzi u ġiet arrestata. Minħabba xi ġrieħi, hija ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater
Dei għal kura; il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.


L-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin u l-Pulizija qed tkompli bit-tfittxijiet għas-sewwieq tal-karozza u l-persuna l-oħra. Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat
u ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.