Futbol Sport

Valletta jitilfu kontra Catania f’partita ta’ ħbiberija

(Ritratt: Valletta FC)

CATANIA…………………………..6
VALLETTA…………………..…….0

Fl-aħħar partita ta’ħbiberija qabel ma jibda l-istaġun tat-360 Sports Premier għal Valletta, i-champions tal-BOV Challege League soffrew telfa kbira kontra Catania, tim li bħalissa qiegħed jikkompeti fis-Serie C, Grupp Ċ, it-tielet diviżjoni Taljana.

Mhux kollox negattiv għall-Beltin, hekk kif wara 45 minuta, fl-ewwel taqsima, l-iskor kien biss 2-0.

Valletta impenjati għall-ewwel darba dan l-istaġun kontra ,Birkirkara, is-Sibt 16 ta’ Awwissu fis-6:45pm.
Wara dik il-partita, iċ-champions taċ-Challenge League se jaffrontaw liċ-champions ta’ Malta Ħamrun Spartans it-Tnejn 25 ta’ Awwissu.