Impenn doppju fi tmiem il-ġimgħa għat-tim Malti fil-Kampjonat FIBA Europa, f’Diviżjoni B li qed iseħħu fil-kumpless sportiv tal-Universita’ ta’ Miskolc fl-Ungerija.
TAĦT L-20 SENA
RUMANIJA…………….105
MALTA………………………59
Is-sitt partita għas-Selezzjoni Maltija immexxija minn Charles Bonnici assistit minn Maria Agius . It-tielet partita mir-rawnd ta’ klassifikazzjoni ġenerali. Partita dominata għal kollox mir-Rumanija li rebħet is-sessjonijiet kollha 25 – 12 ; 22 – 18 ; 26 – 15 u 32 – 14 għall-iskor finali ta’ 105 – 59 Il-punti għal Malta saru minn Sarah Fenech Pace 20 punt , Lisa Fenech 14 il-punt, Andrea Saliba 13 il-punt, Ella Abela 4 punti , Jade Said u Philippa Riolo b’żewġ punti kull wieħed , Sarah Sciberras u Vanya Baldacchino b’punt kull wieħed.
RENJU UNIT………….82
MALTA………………….33
Fis-seba’ partita għas-selezzjoni Malta u r-raba’ waħda mir-rawnd ta’ klassifikazzjoni ġenerali, Renju Unit 82 -Malta 33.
Partita dominata mir-Renju Unit l-aktar wara l-mistrieħ fejn wara li l-ewwel żewġ sessjonijiet intemmu 22 – 13 għar-Renju Unit u 11 – 11 , it-tielet u r-raba’ sessjoni ntemmu 19 – 7 u 30 – 2 bil-partita tintemm 82 – 33 għar-Renju Unit. Il-punti għal Malta saru minn Philippa Riolo 10 punti , Andrea Saliba 8 punti , Ella Abela 5 punti, Sara Fenech 4 punti filwaqt li b’żewġ punti kull wieħed Lisa Fenech , Michela Marmara’ u Vanya Baldacchino.
//= $special ?>