Lokali

“Clifton Grima għandu xi jwieġeb” – l-editorjal tal-MaltaToday

Il-Kulleġġ tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija lanqas kien induna bis-serq li kien għaddej. U huwa tal-għaġeb kif għal sentejn sħaħ, l-MCAST qas biss xamm dawn il-pagamenti ta’ eluf.

Hekk iddikjara l-editur tal-MaltaToday fl-analiżi li saret il-Ħadd, fejn intqal li l-MCAST għandu sistema imfarrka.

Aktar minn hekk, issemma’ kif l-Awditur Ġenerali kien ilu mill-2019 li wissa dwar in-nuqqasijiet kbar fil-payroll tal-MCAST. Iżda ħadd ma ħa azzjoni.

Għalhekk, l-editorjal stqarr li l-MCAST għandu reponsabbiltajiet kbar xi jġorr f’din is-saga kollha. U aktar minn hekk, anke l-Ministru Clifton Grima irid iwieġeb għal dan kollu – għaliex fl-aħħar mill-aħħar, din kienet serqa ta’ flus il-poplu.

Il-PN minn naħa tiegħu kien pront fit-talba li ssir investigazzjoni indipendenti. U kien biss wara l-istqarrija tal-PN li l-Ministru Grima appunta inkjesta. Bl-editorjal jgħid li issa Clifton Grima għandu jassigura li r-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati mingħajr ebda dewmien.