Sa fl-aħħar Cristiano Ronaldo ddeċieda u wara kważi għaxar snin f’relazzjoni mat-tfajla tiegħu, Georgina Rodriguez, l-internazzjonali Portugiz għamel il-kuraġġ u staqsa lill-mudella Arġentina biex tiżżewġu.
U x’taħsbu li kienet it-tweġiba tagħha? Mistoqsija retorika, vera, speċjalment meta Cristiano ppropona b’ċurkett tad-djamant u kbir li ma tantx se taraw bħalu.
Georgina, li għandha 31 sena, saret taf lil Cristiano fl-2016 meta kienet taħdem f’ħanut tal-ħwejjeġ ta’ ditta rinomata, f’Madrid. Hi ħabbret din l-aħbar permezz tal-midja soċjali tagħha.
Fuq il-profil tagħha ta’ Instagram, illum waranofsinhar, Georgina tellgħet ritratt taċ-ċurkett, flimkien mal-kliem “Yes I do’. U x’ċurkett!
Għadu mhux magħruf meta l-koppja popolari se tkun qed tiżżewweġ iżda riċentament, f’wieħed mill-episodji fuq Netflix ta’ ‘I Am Georgina’, hi kienet qalet li t-tnejn jistgħu jiżżewġu fiż-żmien qasir.
“Jista’ jkun li niżżewġu f’sena jew temp ta’ sitt xhur jew xahar. Però ninsab 1,000 fil-mija ċerta li se nkunu qed niżżewġu,” kienet qalet Georgina fuq Netflix.
Il-koppja diġà għandhom żewġt itfal.
//= $special ?>