Kunsilli Lokali Lokali

Elezzjoni każwali għall-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi

Il-Kummissjoni Elettorali ażvat li minn għada, it-Tlieta 12 ta’ Awwissu sal-Ħamis, 14 ta’ Awwissu, se tkun qed tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakanti ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

Dan wara r-riżenja tal-Kunsillier Francine Farrugia. Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  personalment fl-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar bejn l-10:00 ta’ filgħodu u nofsinhar, minn għada t-Tlieta 12 ta’ Awwissu sal-Ħamis 14 ta’ Awwissu, 2025, jew onlajn permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn għada it-Tlieta 12 ta’ Awwissu fl-10:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar il-Ħamis, 14 ta’ Awwissu, 2025.

Ġie spjegat li l-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-Identità tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90.

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.