L-Internazzjonali Ingliż Jack Grealish se jqatta’ l-istaġun li ġej ma’ Everton fil-grawnd il-ġdid, il-Hill Dickinson Stadium.
Grealish sfortunatament ma’ baqax importanti għas-Citizens l-istaġun li għadda, tant kemm hu hekk li tħalla barra mil-lista tal-iskwadra fl-aħħar partita mill-Premier League kontra Fulham, kif ukoll tħalla barra mil-lista tal-FIFA Club World Cup.
It-Tnejn, Jack Grealish wettaq il-medical tiegħu mat-Toffees.
Il-midfielder/winger Ingliż ingħaqad ma’ Manchester City mingħand Aston Villa fl-2021 għas-somma ta’ €115,000,000, li dak iż-żmien kien rekord għas-suq Ingliż.
F’dawn l-aħħar 4 snin Grealish lagħab 157 partita ma’ Manchester City, fejn skorja 17-il darba u pprovda 23 assist. Huwa kien parti mit-tim li famużament rebaħ it-Treblu fl-2023.
Fiż-żmien tiegħu mas-Citizens huwa rebaħ 3 Premier Leagues, UEFA Champions League, UEFA Super Cup, FA Cup u FIFA Club World Cup.
L-istaġun li għadda, Grealish irnexxielu jibda biss 7 partiti fil-Premier League. Globalment huwa kellhu 20 dehra fil-PL, 6 dehriet fil-UCL, 5 fil-FA Cup u waħda fil-EFL Cup.
F’32 partita huwa skorja tlett gowls u pprovda 5 assists.
//= $special ?>