Lokali

Ħal Għaxaq iħejji għal spettaklu storiku tan-nar

Nhar l-14 ta’ Awwissu St. Mary’s Fireworks Factory f’Ħal Għaxaq se jkunu qed ipaxxu liċ-ċittadini b’wirja spettakolari ta’ logħob tan-nar deskritta minn bosta bħala waħda storika.

Dan hekk kif se jkunu qed jorganizzaw l-ewwel wirja ta’ logħob tan-nar minn Torri f’Ħal Għaxaq bl-isem ta’ The Convoy 2025, Rise of the Tower.

L-ispettaklu, li se jkun qiegħed jibda fid-2130hrs se jkun qiegħed ċertament jgħaqqad l-innovazjoni f’dan il-qasam mat-tradizzjoni tant għal qalb bosta.

Ilwien, briju u spettaklu garantit fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Għaxaq – għal bidu ta’ era ġdida fil-qasam tal-piroteknika f’pajjiżna.